26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/40
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2014 – Ica Foods vs UASI – San Lucio (GROK)
(Kawża T-774/14)
(2015/C 026/51)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ica Foods SpA (Pomezia, l-Italja) (rappreżentant: A. Nespega, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: San Lucio Srl (San Gervasio Bresciano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali “GROK” – Trade mark Komunitarja Nru 4 439 956
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1815/2013-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata dwar il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 6374C kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja GROK Nru 4439956, minħabba ksur tal-Artikoli 62 u 63 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u/jew minħabba ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 40/94 u/jew minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni, għar-raġunijiet fuq imsemmija;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta’ din il-kawża
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 62 u 63 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja peresss li l-UASI ma nnotifikax lir-rikorrenti bit-terminu għall-preżentata tas-sottomissjonijiet għar-rikors li jirriżulta fi ksur tal-kontradittorju;
—
Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 40/94 u nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tax-xebh bejn il-prodotti derivati mill-ħalib ta’ San Lucio u l-prodotti koperti mir-reġistrazzjonijiet tat-trade marks ta’ ICA;
—
Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 40/94 u nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tax-xebh bejn it-trade mark GROK ta’ San Lucio u t-trade mark CRIK CROK ta’ ICA;
—
Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 40/94 u nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tar-reputazzjoni tat-trade mark CRIK CROK ta’ ICA.
Full & Egal Universal Law Academy