26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/41
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2014 – Ugly vs UASI – Group Lottuss (COYOTE UGLY)
(Kawża T-778/14)
(2015/C 026/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ugly, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. St Quintin, Barrister, K. Gilbert u C. Mackey, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Group Lottuss Corp., SL (Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “COYOTE UGLY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 226 198
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1369/2013-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u tal-Bord tal-Appell u tirrinvija l-oppożizzjoni quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għal kunsiderazzjoni mill-ġdid;
—
tordna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tbati l-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1), (2) u (4) tar-Regolament Nru 207/2009;
Full & Egal Universal Law Academy