2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/40
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2014 – SolarWorld vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-783/14)
(2015/C 073/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat u J. Beck, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla l-att ikkontestat; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha r-rikorrenti titlob l-annulment tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taġġusta l-prezz minimu ta’ importazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ moduli kristallini fotovoltajċi tas-silikon u komponenti ewlenin li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
Insostenn ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed li jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1225/2009 (1) u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 597/2009 (2) billi aġġustat il-prezz minimu ta’ importazzjoni mingħajr ma evalwat jekk il-prezz minimu ta’ importazzjoni hekk aġġustat kienx adegwat sabiex jelimina l-effetti dannużi tad-dumping u tas-sussidji.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009 L 343, p. 51).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, tal-11 ta’ Ġunju 2009, dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009 L 188, p. 93).
Full & Egal Universal Law Academy