2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/43
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2014 – Bensarsa vs Il-Kummissjoni u KEPD
(Kawża T-791/14)
(2015/C 034/51)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Faouzi Bensarsa (Abu Dabi, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Frar 2014 adottata mid-Direttorat Sigurtà;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Ottubru 2014 adottata impliċitament mill-KEPD;
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Frar 2014.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-KEPD, liema motivazzjoni kienet impliċita u la setgħet tiġi dedotta mill-kuntest tagħha u lanqas mid-deċiżjoni tal-25 ta’ Frar 2014.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (1).
Ir-rikorrent isostni li l-assenza ta’ risposta tal-KEPD tikkostitwixxi ksur tal-obbligu li s-suġġett tad-data jiġi informat, previst fl-Artikoli 46(a) u 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
(1) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).
Full & Egal Universal Law Academy