9.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 81/21
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2014 – Tempus Energy u Tempus Energy Technology vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-793/14)
(2015/C 081/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tempus Energy Ltd (Reading, ir-Renju Unit); u Tempus Energy Technology Ltd (Cheltenham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Derenne, J. Blockx, C. Ziegler u M. Kinsella, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u
—
tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5083 finali, tat-23 ta’ Lulju 2014, fil-Każ SA.35980 (2014/N-2) – Ir-Renju Unit, Riforma tas-Suq tal-Elettriku – Suq tal-kapaċità.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li, billi naqset milli tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108(2) TFUE, il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ aspettattivi leġittimi u wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti. Ir-rikorrenti jsostnu li:
—
il-Kummissjoni naqset milli tevalwa b’mod korrett l-irwol potenzjali tal-ġestjoni tad-domanda fis-suq tal-kapaċità tar-Renju Unit;
—
ir-restrizzjonijiet relatati mat-tul tal-kuntratti tal-ġestjoni tad-domanda fis-suq tal-kapaċità jiksru l-prinċipji tal-aspettattivi leġittimi u ta’ nondiskriminazzjoni, u huma bbażati fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti;
—
ir-rekwiżit li operaturi tal-ġestjoni tad-domanda jkollhom jagħżlu bejn irkant tas-suq tranżitorju u dak sostenibbli jikser il-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ nondiskriminazzjoni;
—
il-metodoloġija tal-irkupru tal-ispejjeż tas-suq tal-kapaċità tikser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ proporzjonalità;
—
l-użu ta’ avvenimenti ta’ kapaċità għal żmien indeterminat minflok dawk għal żmien determinat fil-kuntest tal-irkant tas-suq tal-kapaċità sostenibbli jikser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ aspettattivi leġittimi;
—
ir-rekwiżit ta’ garanzija ta’ sejħa għal offerti fil-kuntest tas-suq tal-kapaċità sabiex jingħata aċċess għall-irkant, jikser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ aspettattivi leġittimi; u
—
in-nuqqas tas-suq tal-kapaċità li jipprovdi remunerazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ tnaqqis tat-telf relatat mat-trażmissjoni jew mad-distribuzzjoni minħabba l-ġestjoni tad-domanda fis-suq jikser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ aspettattivi leġittimi.
2.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi motivazzjoni suffiċjenti fid-deċiżjoni.
Full & Egal Universal Law Academy