9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/58
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2014 – Skype vs UASI – Sky International (SKYPE)
(Kawża T-797/14)
(2015/C 046/74)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Skype (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Carboni u M. Browne, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky International AG (Zug, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja verbali “SKYPE”. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 9 7 24 394
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1075/2013-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-applikazzjoni quddiem l-UASI biex tkompli tiġi pproċessata;
—
tikkundanna lill-UASI u lil kull parti li tintervjeni għall-ispejjeż tagħhom u tar-rikorrenti u għall-ispejjeż sostnuti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell fil-Każ R 1075/2013-4 u fl-Oppożizzjoni B 1 8 70 834 quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy