16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/29
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2014 – DenizBank vs Il-Kunsill
(Kawża T-798/14)
(2015/C 089/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DenizBank A.Ș. (Esentepe, it-Turkija) (rappreżentanti: M. Lester u O. Jones, Barristers, R. Mattick u S. Utku, Solicitors)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK, tat-8 ta’ Settembru 2014 (1) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014, tat-8 ta’ Settembru 2014 (2) (flimkien mal-miżuri kkontestati) sa fejn japplikaw fir-rigward tar-rikorrenti;
—
tiddikjara l-inapplikabbiltà, skont l-Artikolu 277 TFUE, tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tat-8 ta’ Settembru u tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tat-8 ta’ Settembru; u
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser id-dmir tiegħu li jagħti raġunijiet għall-impożizzjoni tal-miżuri kkontestati fuq ir-rikorrenti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill ma taha l-ebda raġuni għall-impożizzjoni tal-miżuri kkontestati fuqha u lanqas ma għarrafha dwar l-inklużjoni tagħha.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill naqas milli jissalvagwardja d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħha għal smigħ xieraq u għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill ma ta l-ebda raġunijiet lir-rikorrenti jew prova għall-impożizzjoni tal-miżuri kkontestati fuqha, ma taha l-ebda opportunità li tikkummenta dwar il-kawża kontriha, u għalhekk fixkel lill-Qorti tal-Ġustizzja milli “teżerċita stħarriġ ġudizzjarju effettiv”.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li sa fejn impona l-miżuri kkontestati fuq ir-rikorrenti, il-Kunsill kiser l-Ftehim ta’ Ankara bejn it-Turkija u l-UE (u l-Protokoll Addizzjonali tiegħu) f’numru ta’ aspetti.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità, u impona restrizzjoni mhux ġustifikata kif ukoll sproporzjonata fuq id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK, tat-8 ta’ Settembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 271, p. 54).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014, tat-8 ta’ Settembru 2014, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina.
Full & Egal Universal Law Academy