9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/58
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2014 – Laboratorios ERN vs UASI – michelle menard (Lenah.C)
(Kawża T-802/14)
(2015/C 046/75)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratorios ERN, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: michelle menard GmbH – Berlin cosmetics (Berlin, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Lenah.C” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 4 26 617
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 2260/2013-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI u, eventwalment, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż (in solidum).
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy