2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/44
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2014 – Gervais Danone vs UASI – San Miguel (B’lue)
(Kawża T-803/14)
(2015/C 034/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Compagnie Gervais Danone (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Lakits, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: San Miguel, Fábricas de Cerveza y Malta, SA (Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “B’lue” – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nruo1 0 5 49 509
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1382/2013-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem l-UASI.
Motiv invokat
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy