23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/39
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2014 – Ogrodnik vs UASI – Aviário Tropical (Tropical)
(Kawża T-804/14)
(2015/C 065/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent Tadeusz Ogrodnik (Chorzów, il-Polonja) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aviário Tropical, SA (Loures, il-Portugal)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-abjad u bl-iswed li tinkludi l-element verbali “Tropical” – Trade mark Komunitarja Nru 3 4 35 773
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1948/2013-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;
Full & Egal Universal Law Academy