2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/44
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2014 – Stagecoach Group vs UASI – (MEGABUS.COM)
(Kawża T-805/14)
(2015/C 034/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stagecoach Group plc (Perth, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Jacobs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: Trade mark Komunitarja verbali “MEGABUS.COM” – applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 1 31 216
Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 1894/2013-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna li t-trade mark Komunitarja “MEGABUS.COM” tiġi rreġistrata għall-prodotti u servizzi kollha jew tiġi rreġistrata parzjalment għal ċerti prodotti u servizzi;
—
sussidjarjament, tordna li t-trade mark Komunitarja Nru 1 1 1 31 216“MEGABUS.COM” tiġi rreġistrata tal-inqas parzjalment għall-“provvista ta’ servizzi ta’ trasport tal-passiġieri” li għaliha l-prova tal-kisba ta’ karattru distintiv ġiet prodotta;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 7(1)(ċ) u 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy