9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/59
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2014 – August Storck vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ ippakkjar f’forma kwadra bajda u blu)
(Kawża T-806/14)
(2015/C 046/76)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr, T. Melchert u A. Richter, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva (rappreżentazzjoni ta’ ippakkjar fil-forma ta’ kwadru) – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 1 69 244 li tindika l-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 644/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokat
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy