23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/40
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2014 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-810/14)
(2015/C 065/55)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, J. Arsénio de Oliveira u S. Nunes de Almeida, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara l-invalidità tan-notifika ta’ ħlas mibgħuta mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea permezz tal-ittra 2014D/14507, tas-6 ta’ Ottubru 2014, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-approprjazzjoni tas-setgħat tal-isfera ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea mill-Kummissjoni, li tagħti lok għal nuqqas ta’ kompetenza.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati jew ta’ kwalunkwe regola ġuridika marbuta mal-applikazzjoni tagħhom, peress li n-notifika hija bbażata fuq tqassim artifiċjali tal-effetti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija fil-Kawża C-292/11.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tar-res judicata, ġaladarba n-notifika hija vvizzjata bi ksur tat-Trattati jew ta’ kwalunkwe regola ġuridika relatata mal-applikazzjoni tagħhom.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ stabbiltà tar-relazzjonijiet ġuridiċi u ta’ aspettattivi leġittimi, irrikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ sanzjoni doppja, li jipprekludi l-kisba, permezz ta’ att ġuridiku individwali ġdid, dak li ma nkisibx preċedentement permezz ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji ta’ annullament.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tat-tqassim tas-setgħat bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, li jikkostitwixxi nuqqas ta’ kompetenza, ġaladarba l-Kummissjoni ppruvat tirrestrinġi l-possibbiltà tal-Istati Membri li jiddeterminaw terminu raġjonevoli ta’ vacatio legis.
Full & Egal Universal Law Academy