2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/41
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2014 – Unilever vs UASI – Technopharma (Fair & Lovely)
(Kawża T-811/14)
(2015/C 073/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Unilever NV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Fox, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Technopharma Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Fair & Lovely” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 045 09
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 1004/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tissospendi l-proċeduri fil-Każ R 1004/2013 4 sakemm jiġu deċiżi l-kawżi għall-annullament nazzjonali kontra r-reġistrazzjonijiet u applikazzjonijiet nazzjonali preċedenti li fuqhom ibbażat ruħha Technopharma Ltd. fi Spanja, il-Ġermanja, Franza, il-Benelux u r-Renju Unit;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 64(1) u 75 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tar-Regoli 20(7)(ċ) u 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy