23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/47
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-826/14)
(2015/C 065/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Sampol Pucurull, Abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata,
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2014 [SA 35550 (2013/C) (ex 2013(NN)], dwar l-iskema ta’ amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) u tal-Artikolu 296 TFUE, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata hija att formalment mingħajr motivazzjoni u ma tinkludix evalwazzjoni tal-miżura fid-dawl tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2014 (Kawżi T-219/10 u T-399/11).
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li l-iskema inkwistjoni hija miżura ta’ natura ġenerali u mhux selettiva.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-ineżistenza ta’ għajnuna ġdida u l-ksur sussegwenti tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 659/1999.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, moqrija flimkien mal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999 u fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni stess f’żewġ deċiżjonijiet preċedenti.
Full & Egal Universal Law Academy