23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/47
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2014 – Antrax It vs UASI – Vasco Group (Radjaturi tat-tisħin)
(Kawża T-828/14)
(2015/C 065/64)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Antrax It Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentant: L. Gazzola, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vasco Group BVBA (Dilsen, il-Belġju)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrenti
Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju għall-prodotti “Radjaturi tat-tisħin” – Disinn Komunitarju Nru 593959-0001
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Ottubru 2014, fil-Każ R 1272/2013-3
Talbiet
—
tiddeċiedi li tgħaqqad il-kawżi mar-rikors ippreżentat mir-rikorenti preżenti kontra d-Deċiżjoni R 1273/2013-3 UASI, peress li hija assolutament identika għal dik li qiegħda tiġi kkontestata;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-UASI sa fejn tiddikjara invalidu d-disinn Komunitarju Nru 593959-0001 peress li ma għandux l-istess natura individwali u, konsegwentement, tiddikjara l-validità ta’ dan id-disinn mingħajr ma tirrinvija, għat-tielet darba, il-kwistjoni lill-Uffiċċju;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ikkundannat lil Antrax IT s.r.l. għall-ħlas tal-ispejjeż;
—
tikkundanna lill-UASI u lil Vasco Group BVBA, in solidum bejniethom, iħallsu lil Antrax IT s.r.l. l-ispejjeż kollha tal-kawża, u kwalunkwe ammonti oħra dovuti skont il-liġi;
—
tikkundanna lil Vasco Group BVBA tħallas lil Antrax IT s.r.l. l-ispejjeż kollha tal-kawża, u kwalunkwe ammonti oħra dovuti skont il-liġi, sostnuti minnha fil-proċedimenti quddiem l-UASI;
—
tikkonstata l-kunflitt bejn l-Artikolu 1 quinquies tar-Regolament Nru 216/96 u l-Artikolu 41 tal-Karta ta’ Nice.
Motivi invokati
—
ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta ta’ Nice-Strasbourg;
—
ksur tal-Artikoli 6, 61, 62 u 63 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy