9.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 81/23
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2014 – Nutria vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-832/14)
(2015/C 081/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Nutria AE (Agios Konstantinos Locrida, il-Greċja) (rappreżentanti: M.-J. Jacquot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tordna lill-Kummissjoni tħallasha s-somma ta’ EUR 5 2 04 350 bħala kumpens għad-danni subiti;
—
tordna lill-Kummissjoni tħallasha s-somma ta’ EUR 12 000 bħala kumpens addizzjonali għall-ispejjeż tal-proċedura sostnuti minnha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 191 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (1), naxxenti mir-rifjut tal-Kummissjoni li tipproroga d-data ta’ skadenza li fiha kellha tiġi eżegwita l-parti Griega tal-programm Ewropew ta’ distribuzzjoni ta’ ikel lill-persuni l-iktar fil-bżonn tal-Komunità għas-sena 2010.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy