27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/52
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Forbruger-Kontakt vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-834/14)
(2015/C 138/69)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Forbruger-Kontakt A/S (Taastrup, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Honoré, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2014 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra eżenzjonijiet fiskali li jirrigwardaw ċertu reklamar (SA.35683);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-833/14, Søndagsavisen vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy