16.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 56/27
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2014 – Gascogne Sack Deutschland u Gascogne vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-843/14)
(2015/C 056/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gascogne Sack Deutschland GmbH (Wieda, il-Ġermanja), u Gascogne (Saint-Paul-les-Dax, Franza) (rappreżentanti: F. Puel u E. Durand, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkonstata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea minħabba l-proċedura segwita quddiem il-Qorti Ġenerali li kisret ir-rekwiżiti marbutin mal-osservanza ta’ terminu raġonevoli għall-għoti ta’ sentenzi;
Konsegwentement,
—
tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ħlas ta’ kumpens xieraq u integrali għad-danni materjali u morali sostnuti mir-rikorrenti minħabba l-aġir illegali tal-Unjoni, li jikkorrispondi għas-sommom segwenti, flimkien mal-interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti perċentwali, mid-data tal-preżentata tar-rikors:
—
EUR 1 1 93 467 bħala telf sostnut minħabba l-ħlas tal-interessi legali addizzjonali applikati għall-valur nominali tas-sanzjoni lil hinn minn terminu raġonevoli;
—
EUR 1 87 571 bħala telf sostnut minħabba l-ħlasijiet addizzjonali tal-garanzija bankarja lil hinn minn terminu raġonevoli;
—
EUR 2 0 00 000 bħala qliegħ mhux magħmul u/jew it-telf subit minħabba l-“pieni tal-inċertezza”, u
—
EUR 5 00 000 bħala dannu morali;
—
sussidjarjament, jekk ikollu jiġi kkunsidrat li l-ammont tad-dannu sostnut għandu jkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni ġdida, tordna perizja skont l-Artikoli 65(d), 66(1), u 70 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;
—
f’kull każ, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u, għaldaqstant, fuq il-ksur tad-dritt fundamentali tagħhom sabiex il-kawża tagħhom tiġi deċiża f’terminu raġonevoli.
Full & Egal Universal Law Academy