16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/32
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2014 – August Brötje vs UASI (HydroComfort)
(Kawża T-845/14)
(2015/C 089/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: August Brötje GmbH (Rastede, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Pietzcker u C. Spintig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “HydroComfort” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 233 763
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 1302/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy