23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/52
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2014 – Spokey vs UASI – Leder Jaeger (SPOKEY)
(Kawża T-846/14)
(2015/C 065/70)
Lingwa tar-rikors: il-Pollak
Partijiet
Rikorrenti: Spokey sp. z o.o. (Katowice, il-Polonja) (rappreżentant: B. Matusiewicz-Kulig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Leder Jaeger GmbH (Siegen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “SPOKEY” – Trade mark Komunitarja Nru 6 777 312
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża Nru R 525/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
fi kwalunkwe każ, temenda d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tirreferi għall-oġġetti speċifikati li jaqgħu fil-klassi 18;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009.
—
Ksur tar-Regola 50 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy