2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/45
Appell ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2014 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Novembru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 55/08 RENV, De Nicola vs BEI
(Kawża T-848/14 P)
(2015/C 073/56)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Parti oħra fil-proċeduri: Bank Ewropew tal-Investment
Talbiet
—
tilqa’ dan l-appell u, b’bidla parzjali tas-sentenza appellata, tneħħi r-riferiment għall-Artikolu 270 TFUE, tannulla l-punti 2 u 3 tad-dispożittiv, u l-punti 16, 17, 18, 19, 22, 37, 41, 42, 45, 47, 48, 49, 51, 53, 54, 55, 56, 57, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 64, 65 u 66 tal-motivi.
—
tibgħat il-kawża f’Awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex, f’kompożizzjoni differenti, jiddeċiedi mill-ġdid il-punti annullati, wara li jkun laqa’ l-miżuri istruttorji mitluba.
—
tagħtih id-dritt li jressaq kull motiv istruttorju, dirett u/jew kuntrarju, li jkun neċessarju fid-dawl tal-argumenti għad-difiża ppreżentati mill-parti l-oħra fil-proċedura, kif ukoll il-produzzjoni ta’ kull dokument ieħor li huwa jqis utli għall-konfutazzjoni tal-argumenti differenti.
—
tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell huwa dirett kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta’ Novembru 2014, fil-Kawża F-55/08 RENV, De Nicola vs BEI.
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka l-aggravji li ġejjin:
1.
Nuqqas ta’ deċiżjoni fir-rigward tat-talba ta’ rtirar tal-osservazzjonijiet u tad-dokumenti tal-BEI;
2.
Nuqqas ta’ deċiżjoni fir-rigward tar-rikuża tal-President tal-kulleġġ ġudikanti;
3.
Interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza fil-Kawża T-37/10 P;
4.
Nuqqas ta’ motivazzjoni jew motivazzjoni infondata fir-rigward tal-konstatazzjoni tal-fastidju psikoloġiku u l-kundanna sabiex dan jintemm.
5.
Il-Kumitat tal-Appelli għandi jagħti d-deċiżjoni tiegħu fuq il-mertu fir-rigward tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2006.
6.
Eżistenza ta’ interess sabiex tingħata deċiżjoni dwar l-annullament tal-promozzjonijiet tal-2007, sabiex jiġi evitat li dawn isiru definittivi.
Full & Egal Universal Law Academy