19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs Argos Supply Trading BV
(Kawża C-4/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Sistemi ekonomiċi doganali - Ipproċessar tal-ħruġ - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 148(ċ) - Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni - Kundizzjonijiet ekonomiċi - Assenza ta’ dannu serju għall-interessi essenzjali tal-proċessuri tal-Komunità - Kunċett ta’ “proċessuri tal-Komunità”))
(2016/C 343/07)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Argos Supply Trading BV
Dispożittiv
L-Artikolu 148(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura tal-ipproċessar tal-ħruġ, bil-għan li jiġi evalwat jekk il-kundizzjonijiet ekonomiċi li għalihom huwa suġġett l-użu għal din il-proċedura huma sodisfatti, għandhom jittieħedu inkunsiderazzjoni mhux biss l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Komunità ta’ prodotti simili għall-prodott lest li jirriżulta mill-operazzjonijiet ta pproċessar previst, iżda wkoll il-produtturi tal-Komunità ta’ prodotti simili għall-materja prima jew għall-prodotti nofshom lesti mhux tal-Komunità maħsuba biex jiġu inkorporati f’merkanzija tal-Komunità temporanjament esportata matul dawn l-operazzjonijiet.
(1) ĠU C 107, 30.03.2015.
Full & Egal Universal Law Academy