13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Gökhan Büyüktipi vs Achmea Schadeverzekeringen NV, Stichting Achmea Rechtsbijstand
(Kawża C-5/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali - Direttiva 87/344/KEE - Artikolu 4(1) - Libertà ta’ għażla tal-avukat mill-persuna assigurata - Proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva - Kunċett - Ilment kontra rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ kura))
(2016/C 211/22)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gökhan Büyüktipi
Konvenuti: Achmea Schadeverzekeringen NV, Stichting Achmea Rechtsbijstand
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “proċedura [proċedura amministrattiva]” imsemmi f’din id-dispożizzjoni jinkludi l-fażi ta’ lment quddiem organu pubbliku li matulha dan l-organu jagħti deċiżjoni suġġetta għal rikorsi ġudizzjarji.
(1) ĠU C 107, 30.3.2015
Full & Egal Universal Law Academy