12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Belġju) – TNS Dimarso NV vs Vlaams Gewest
(Kawża C-6/15) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 53(2) - Kriterji ta’ għoti - Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Metodu ta’ evalwazzjoni - Regoli ta’ evalwazzjoni - Obbligu tal-awtorità kontraenti li tippreċiża fis-sejħa għal offerti l-piż tal-kriterji ta’ għoti - Portata tal-obbligu])
(2016/C 335/11)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TNS Dimarso NV
Konvenut: Vlaams Gewest
Dispożittiv
L-Artikolu 53(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnu, għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi li għandu jingħata skont il-kriterju tal-offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament mill-perspettiva tal-awtorità kontraenti, din tal-aħħar ma hijiex meħtieġa li tgħarraf lill-offerenti potenzjali, fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt relatati mal-kuntratt inkwistjoni, il-metodu ta’ evalwazzjoni applikat mill-awtorità kontraenti sabiex tevalwa u tikklassifika konkretament l-offerti. Min-naħa l-oħra, dan il-metodu ma għandux l-effett li jbiddel il-kriterji ta’ għoti u l-piż relattiv tagħhom.
(1) ĠU C 118, 13.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy