14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Settembru 2016 – Ledra Advertising Ltd (C-8/15 P), Andreas Eleftheriou (C-9/15 P), Eleni Eleftheriou (C-9/15 P), Lilia Papachristofi (C-9/15 P), Christos Theophilou (C-10/15 P), Eleni Theophilou (C-10/15 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew
(Kawżi magħquda C-8/15 P sa C-10/15 P) (1)
((Appell - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà tar-Repubblika ta’ Ċipru - Memorandum ta’ qbil tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà - Funzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Bank Ċentrali Ewropew - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE - Kundizzjonijiet - Obbligu li tiġi żgurata l-kompatibbiltà ta’ dan il-memorandum ta’ qbil mad-dritt tal-Unjoni))
(2016/C 419/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ledra Advertising Ltd (C-8/15 P), Andreas Eleftheriou (C-9/15 P), Eleni Eleftheriou (C-9/15 P), Lilia Papachristofi (C-9/15 P), Christos Theophilou (C-10/15 P), Eleni Theophilou (C-10/15 P) (rappreżentanti: A. Paschalides, dikigoros, A. M. Paschalidou, barrister, u M. A. Riza, QC, imqabbdin minn M. C. Paschalides, solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti), Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: K. Laurinavičius u O. Heinz, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, Rechtsanwalt)
Dispożittiv
1)
Id-digrieti tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta’ Novembru 2014, Ledra Advertising vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE (T-289/13, EU:T:2014:981), tal-10 ta’ Novembru 2014, Eleftheriou u Papachristofi vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE (T-291/13, mhux ippubblikat, EU:T:2014:978), u tal-10 ta’ Novembru 2014, Theophilou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE (T-293/13, mhux ippubblikat, EU:T:2014:979), huma annullati.
2)
Ir-rikorsi ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-289/13, T-291/13 u T-293/13 huma miċħuda.
3)
Ledra Advertising Ltd, Andreas Eleftheriou, Eleni Eleftheriou, Lilia Papachristofi, Christos Theophilou u Eleni Theophilou, il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kemm dawk tal-ewwel istanza u kemm dawk tal-appelli.
(1) ĠU C 171, 26.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy