22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Universal Music International Holding BV vs Michael Tétreault Schilling, Irwin Schwartz, Josef Brož
(Kawża C-12/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni speċjali - Artikolu 5(3) - Materji ta’ delitt jew kważi delitt - Effett tal-ħsara - Negliġenza tal-avukat waqt it-tfassil ta’ kuntratt - Post fejn l-effett tal-ħsara twettaq))
(2016/C 305/10)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Universal Music International Holding BV
Konvenuta: Michael Tétreault Schilling, Irwin Schwartz, Josef Brož
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, ma jistax jitqies li huwa “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq”, fl-assenza ta’ elementi oħrajn ta’ rabta, il-post li jinsab fi Stat Membru fejn seħħ dannu, meta dan id-dannu jikkonsisti esklużivament f’telf finanzjarju li jseħħ direttament fil-kont bankarju tar-rikorrent u li jirriżulta direttament minn att illegali mwettaq fi Stat Membru ieħor.
2)
Fil-kuntest tal-verifika tal-ġurisdizzjoni skont ir-Regolament Nru 44/2001, il-qorti adita b’kawża għandha tevalwa l-elementi kollha li għandha quddiemha, inkluż, jekk ikun il-każ, il-kontestazzjonijiet magħmula mill-konvenut.
(1) ĠU C 89, 16.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy