14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Settembru 2016 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-14/15 u C-116/15) (1)
((Rikors għal annullament - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Skambju awtomatizzat ta’ data - Reġistrazzjoni ta’ vetturi - Data dattiloskopika - Qafas legali applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Bażi legali dderivata - Distinzjoni bejn atti leġiżlattivi u miżuri ta’ implementazzjoni - Konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew - Inizjattiva ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni Ewropea - Regoli ta’ vot))
(2016/C 419/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola u M. Pencheva, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès, K. Michoel u K. Pleśniak, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u A. Lippstreu, aġenti), u r-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, N. Otte Widgren, E. Karlsson u L. Swedenborg, aġenti)
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/731/UE, tad-9 ta’ Ottubru 2014, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) f’Malta, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/743, tal-21 ta’ Ottubru 2014, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) f’Ċipru, u id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/744/UE, tal-21 ta’ Ottubru 2014, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) fl-Estonja u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/911/UE, tal-4 ta’ Diċembru 2014, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fil-Latvja, għandhom jiġu annullati.
2)
L-effetti tad-Deċiżjonijiet 2014/731, 2014/743, 2014/744 u 2014/911 għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ ta’ atti ġodda intiżi li jissostitwixxuhom.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
4)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 96, 23.3.2015
ĠU C 146, 4.5.2015
Full & Egal Universal Law Academy