29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van Koophandel te Gent – il-Belġju) – New Valmar BVBA vs Global Pharmacies Partner Health Srl
(Kawża C-15/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Projbizzjoni ta’ miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjoni - Artikolu 35 TFUE - Kumpannija stabbilita fir-reġjun tal-lingwa Olandiża tar-Renju tal-Belġju - Leġiżlazzjoni li timponi r-redazzjoni tal-fatturi bil-lingwa Olandiża taħt piena ta’ nullità assoluta - Kuntratt ta’ konċessjoni ta’ natura transkonfinali - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Assenza ta’ proporzjonalità))
(2016/C 314/05)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiz
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van Koophandel te Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: New Valmar BVBA
Konvenuta: Global Pharmacies Partner Health Srl
Dispożittiv
L-Artikolu 35 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ entità federali ta’ Stat Membru, bħall-Komunità ta’ Vlaanderen tar-Renju tal-Belġju, li timponi fuq kull impriża li jkollha s-sede tal-operat tagħha fit-territorju ta’ din l-entità, l-obbligu li tirrediġi l-informazzjoni kollha msemmija fil-fatturi relatati ma’ tranżazzjonijiet transkonfinali bil-lingwa uffiċjali tal-imsemmija entità biss, taħt piena ta’ nullità ta’ dawn il-fatturi, liema nullità għandha titqajjem ex officio mill-qorti.
(1) ĠU C 118, 13.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy