12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht München I – il-Ġermanja) – Verband Sozialer Wettbewerb eV vs Innova Vital GmbH
(Kawża C-19/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Indikazzjonijiet nutrittivi u ta’ saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel - Artikolu 1(2) - Kamp ta’ applikazzjoni - Ikel intiż li jitwassal bħala tali lill-konsumatur finali - Indikazzjonijiet magħmula f’komunikazzjoni kummerċjali indirizzata esklużivament lil professjonisti tas-saħħa))
(2016/C 335/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht München I
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verband Sozialer Wettbewerb eV
Konvenuta: Innova Vital GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1047/2012, tat-8 ta’ Novembru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-indikazzjonijiet nutrittivi jew ta’ saħħa magħmula f’komunikazzjoni kummerċjali u li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel li għandhom jitwasslu bħala tali lil konsumatur finali, meta din il-komunikazzjoni ma tkunx indirizzata lill-konsumatur finali, iżda esklużivament lil professjonisti tas-saħħa, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.
(1) ĠU C 127, 20.04.2015.
Full & Egal Universal Law Academy