19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Josef Plöckl vs Finanzamt Schrobenhausen
(Kawża C-24/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva - Artikolu 28ċ.A(a) u Artikolu 28ċ.A(d) - Trasferiment ta’ oġġetti fi ħdan l-Unjoni Ewropea - Dritt għal eżenzjoni - Nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu li jiġi trażmess numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni - Assenza ta’ ħjiel serju tal-eżistenza ta’ frodi fiskali - Rifjut tal-benefiċċju tal-eżenzjoni - Ammissibbiltà))
(2016/C 475/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Josef Plöckl
Konvenuta: Finanzamt Schrobenhausen
Dispożittiv
L-Artikolu 22(8) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2005/92/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2005, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28h ta’ din is-Sitt Direttiva, kif ukoll l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28ċ.A(a) u l-Artikolu 28ċ.A(d) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru ta’ oriġini tirrifjuta li teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud trasferiment intra-Komunitarju għar-raġuni li l-persuna taxxabbli ma kkomunikatx numru ta’ identifikazzjoni għal din it-taxxa mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni, meta ma jkun jeżisti ebda ħjiel serju li jissuġġerixxi l-eżistenza ta’ frodi, meta l-oġġett ikun ġie ttrasferit lejn Stat Membru ieħor u meta l-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni l-oħra jkunu ssodisfatti wkoll.
(1) ĠU C 138, 27.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy