16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 – Simba Toys GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Seven Towns Ltd
(Kawża C-30/15 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark tridimensjonali fil-forma ta’ kubu b’uċuħ li għandhom struttura ta’ gradilja - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità))
(2017/C 014/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Simba Toys GmbH & Co. KG (rappreżentant: O. Ruhl, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Botis u A. Folliard-Monguiral, aġenti), Seven Towns Ltd (rappreżentanti: K. Szamosi u M. Borbás, ügyvédek)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Novembru 2014, Simba Toys vs UASI – Seven Towns (Forma ta’ kubu b’uċuħ li għandhom struttura ta’ gradilja) (T-450/09, EU:T:2014:983), hija annullata.
2)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-1 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1526/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Simba Toys GmbH & Co. KG u Seven Towns Ltd, hija annullata.
3)
Seven Towns Ltd u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti minn Simba Toys GmbH & Co. KG relattivi kemm għall-proċedura tal-ewwel istanza fil-Kawża T-450/09 kif ukoll għal dik tal-appell.
(1) ĠU C 138, 27.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy