2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Marzu 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-38/15) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Sistemi ta’ ġbir u ta’ trattament - Rimi f’żoni sensittivi - Metodu ta’ sorveljanza - Ġbir ta’ kampjuni))
(2016/C 156/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sanfrutos Cano, E. Manhaeve u D. Loma-Osorio Lerena, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Gavela Llopis, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi ma żgurax it-trattament xieraq tal-ilma urban mormi kollu mormi f’żoni sensittivi provenjenti minn ċerti agglomerazzjonijiet, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt, minn naħa, l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008 fir-rigward tal-agglomerazzjoni Pontevedra-Marín-Poio-Bueu u taħt, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 5(2) u (3) tal-imsemmija direttiva, fir-rigward tal-agglomerazzjonijiet ta’ Berga, ta’ Figueres, ta’ El Terri (Banyoles) u ta’ Pontevedra-Marín-Poio-Bueu.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 127, 20.4.2015
Full & Egal Universal Law Academy