2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awwel Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Minister Finansów vs Aspiro SA, li kienet BRE Ubezpieczenia sp. z o.o.
(Kawża C-40/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 135(1)(a) - Eżenzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni - Kunċetti ta’ tranżazzjonijiet ta’ “assigurazzjoni” u “servizzi relatati ta’ brokers u ta’ aġenti tal-assigurazzjoni” - Servizzi ta’ regolazzjoni tal-inċidenti pprovduti f’isem u fl-interess ta’ assiguratur))
(2016/C 156/18)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Minister Finansów
Konvenuta: Aspiro SA, li kienet BRE Ubezpieczenia sp. z o.o.
Dispożittiv
L-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizzi tar-regolazzjoni tal-inċidenti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ipprovduti minn terz f’isem u fl-interess ta’ impriża ta’ assigurazzjoni, ma jaqgħux taħt l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 155, 11.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy