9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court – l-Irlanda) – Gerard Dowling et vs Minister for Finance
(Kawża C-41/15) (1)
((Regolament Nru 407/2010/UE - Mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja - Deċiżjoni ta’ implementazzjoni 2011/77/UE - Assistenza finanzjarja mill-Unjoni Ewropea lill-Irlanda - Rikapitalizzazzjoni tal-banek nazzjonali - Dritt tal-kumpanniji - It-Tieni Direttiva 77/91/KEE - Artikoli 8, 25 u 29 - Rikapitalizzazzjoni ta’ bank permezz ta’ ordnijiet ġudizzjarji - Żieda fil-kapital azzjonarju mingħajr deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali u mingħajr ma l-azzjonijiet ġodda ma ġew offruti fuq bażi ta’ prelazzjoni lill-azzjonisti eżistenti - Ħruġ ta’ azzjonijiet ġodda bi prezz inqas mill-valur nominali tagħhom))
(2017/C 006/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court (Ireland)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gerard Dowling Padraig McManus, Piotr Skoczylas, Scotchstone Capital Fund Limited
Konvenut: Minister for Finance
fil-preżenza ta’: Permanent TSB Group Holdings plc, li kienet Irish Life and Permanent Group Holdings plc, Permanent TSB plc, li kienet Irish Life and Permanent plc
Dispożittiv
L-Artikolu 8(1) kif ukoll l-Artikoli 25 u 29 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, tat-13 ta’ Diċembru 1976, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji fis-sens [tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 TFUE], dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux miżura, bħall-ordni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, adottata f’sitwazzjoni ta’ tfixkil serju tal-ekonomija u tas-sistema finanzjarja ta’ Stat Membru li thedded l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, li twassal għal żieda fil-kapital ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, mingħajr il-kunsens tal-laqgħa ġenerali tagħha, bil-ħruġ ta’ azzjonijiet ġodda bi prezz inqas mill-valur nominali tagħhom u mingħajr dritt ta’ prelazzjoni għall-azzjonisti eżistenti.
(1) ĠU C 138, 27.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy