9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2016 – BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), LG Electronics Inc.
(Kawża C-43/15 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “compressor technology” - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali KOMPRESSOR PLUS u KOMPRESSOR - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 60 - Regolament (KE) Nru 216/96 - Artikolu 8(3) - Appell “inċidentali” - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Karattru distintiv dgħajjef tat-trade marks nazzjonali preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni)
(2017/C 006/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (rappreżentanti: S. Biagosch u R. Kunz-Hallstein, avukati)
Parti(jiet) oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: M. Fischer, aġent), LG Electronics Inc.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 146, 4.5.2015
Full & Egal Universal Law Academy