1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Hauptzollamt Frankfurt am Main vs Duval GmbH & Co. KG
(Kawża C-44/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestatura 9025 - Kunċett ta’ “termometru” - Indikaturi ta’ espożizzjoni għal temperatura ta’ reazzjoni predeterminata li jintużaw darba biss))
(2016/C 038/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hauptzollamt Frankfurt am Main
Konvenuta: Duval GmbH & Co. KG
Dispożittiv
L-intestatura 9025 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi indikaturi tat-temperatura ambjentali magħmula mill-karta, f’ċerti każijiet miksija b’film tal-plastik, li, bħall-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jindikaw, permezz ta’ bidla fil-kulur, b’mod irreversibbli u mingħajr il-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid sussegwenti, jekk tkun intlaħqet temperatura limitu waħda jew iktar.
(1) ĠU C 127, 20.4.2015
Full & Egal Universal Law Academy