31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ Mejju 2017 – Safa Nicu Sepahan Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-45/15 P) (1)
((Appell - Rikors għad-danni - Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Lista tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Dannu materjali - Dannu immaterjali - Żball ta’ evalwazzjoni tal-ammont tal-kumpens - Assenza - Appell inċidentali - Kundizzjonijiet neċessarji għall-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Obbligu li tiġi stabbilita l-fondatezza tal-miżuri restrittivi - Ksur suffiċjentement serju))
(2017/C 249/02)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Safa Nicu Sepahan Co. (rappreżentant: A. Bahrami, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Liudvinaviciute-Cordeiro, M. Bishop u I. Gurov, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: M. Gray, aġent)
Dispożittiv
1)
L-appelli ppreżentati minn Safa Nicu Sepahan Co. u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu miċħuda.
2)
Safa Nicu Sepahan Co. u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
3)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 118, 13.4.2015
Full & Egal Universal Law Academy