4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 – Deutschland GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-60/15 P) (1)
((Appell - Dritt ta’ aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4(3) - Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali ta’ dawn l-istituzzjonijiet - Ambjent - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Artikolu 6(1) - Interess pubbliku fl-iżvelar ta’ informazzjoni ambjentali - Informazzjoni, trażmessa mill-awtoritajiet Ġermaniżi lill-Kummissjoni Ewropea, li tikkonċerna impjanti li jinsabu fit-territorju Ġermaniż ikkonċernati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni marbuta mal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Rifjut parzjali ta’ aċċess))
(2017/C 293/02)
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH (rappreżentanti: S. Altenschmidt u P.-A. Schütter, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer, F. Clotuche-Duvieusart u P. Mihaylova, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Diċembru 2014, Saint-Gobain Glass Deutschland vs Il-Kummissjoni (T-476/12, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1059) hija annullata.
2)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-17 ta’ Jannar 2013, li tirrifjuta l-aċċess sħiħ għal-lista trażmessa mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sa fejn dan id-dokument jinkludi informazzjoni marbuta ma’ ċerti impjanti ta’ Saint-Gobain, li jinsabu fit-territorju Ġermaniż, li tikkonċerna allokazzjonijiet provviżorji kif ukoll l-attivitajiet u l-livelli ta’ kapaċità fir-rigward ta’ emissjonijiet tad-dijossidju tal-karbonju (CO2) matul is-snin 2005 sa 2010, l-effikaċja tal-impjanti u l-kwoti ta’ emissjoni annwali allokat provviżorjament għall-perijodu ta’ bejn is-sena 2013 u s-sena 2020, hija annullata.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH fl-ewwel istanza kif ukoll fil-proċedura odjerna tal-appell.
(1) ĠU C 138, 27.04.2015.
Full & Egal Universal Law Academy