21.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 106/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – BP Europa SE vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt
(Kawża C-64/15) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa - Direttiva 2008/118/KE - Irregolarità mwettqa matul il-moviment ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa - Moviment ta’ prodotti suġġetti għal arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju - Prodotti li jonqsu fil-mument tal-konsenja - Ġbir tad-dazju tas-sisa, fl-assenza ta’ prova tal-qerda jew it-telf tal-prodotti)
(2016/C 106/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BP Europa SE
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-moviment tal-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju jintemm, skont din id-dispożizzjoni, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fil-mument fejn id-destinatarju ta’ dawn il-prodotti jkun ikkonstata, fi tmiem il-ħatt sħiħ tal-mezz ta’ trasport li jkun fih il-prodotti inkwistjoni, li l-kwantitajiet ta’ dawn il-prodotti huma nieqsa meta mqabbla ma’ dawk li kellhom jiġu kkonsenjati lilu.
2)
Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 7(2)(a) u 10(2) tad-Direttiva 2008/118 għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
—
is-sitwazzjonijiet li jirregolaw jeskludu s-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4) ta’ din id-direttiva, u li
—
il-fatt li dispożizzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/118, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma ssemmix espliċitament li l-irregolarità li tirregola din id-dispożizzjoni tad-direttiva għandha twassal għar-rilaxx għall-konsum tal-prodotti kkonċernati ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali meta jiġu rrekordjati nuqqasijiet, li jimplikaw neċessarjament dan ir-rilaxx għall-konsum.
3)
L-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2008/118/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax biss fil-każijiet fejn tkun biss parti mill-kwantitajiet ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa li jiċċirkulaw taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju li ma tkunx waslet fid-destinazzjoni tagħha?
(1) ĠU C 138, 27.04.2015.
Full & Egal Universal Law Academy