24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof – Il-Belġju) – X vs Ministerraad
(Kawża C-68/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Direttiva dwar kumpanniji omm u sussidjarji - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq id-dħul tal-kumpanniji - Tqassim ta’ dividendi - Taxxa f’ras il-għajn - Taxxa doppja - Fairness Tax))
(2017/C 239/04)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Grondwettelijk Hof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X
Konvenut: Ministerraad
Dispożittiv
1)
Il-libertà ta’ stabbiliment għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li kemm kumpannija mhux residenti li teżerċita attività ekonomika f’dan l-Istat Membru permezz ta’ stabbiliment permanenti kif ukoll kumpannija residenti, inkluża s-sussidjarja residenti ta’ kumpannija mhux residenti, huma suġġetti għal taxxa bħall-fairness tax, meta dawn il-kumpanniji jqassmu dividendi li, minħabba l-użu ta’ ċerti vantaġġi fiskali previsti mis-sistema fiskali nazzjonali, ma jkunux jinsabu fil-profitt taxxabbli finali tagħhom, sakemm il-mod ta’ determinazzjoni tal-bażi taxxabbli ta’ din it-taxxa ma jwassalx, fil-fatt, sabiex din il-kumpannija mhux residenti tiġi ttrattata b’mod inqas vantaġġuż minn kumpannija residenti, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
2)
L-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE, tat-30 ta’ Novembru 2011, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [omm] u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi taxxa bħall-fairness tax, li għaliha huma suġġetti l-kumpanniji mhux residenti li jeżerċitaw attività ekonomika f’dan l-Istat Membru permezz ta’ stabbiliment permanenti kif ukoll il-kumpanniji residenti, inkluża s-sussidjarja residenti ta’ kumpannija mhux residenti, meta huma jqassmu dividendi li, minħabba l-użu ta’ ċerti vantaġġi fiskali previsti mis-sistema fiskali nazzjonali, ma jkunux jinsabu fil-profitt taxxabbli finali tagħhom.
3)
L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/96, moqri flimkien mal-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din il-leġiżlazzjoni, f’sitwazzjoni fejn profitti rċevuti minn kumpannija omm mingħand is-sussidjarja tagħha jitqassmu minn din il-kumpannija omm wara s-sena li matulha huma ġew irċevuti, għandha bħala konsegwenza li tissuġġetta dawn il-profitti għal tassazzjoni li taqbeż il-limitu massimu ta’ 5 % previst fl-imsemmija dispożizzjoni.
(1) ĠU C 146, 4.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy