12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Emmanuel Lebek vs Janusz Domino
(Kawża C-70/15) (1)
((Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 34(2) - Konvenut li ma jidhirx għall-proċeduri - Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi - Motivi tar-rifjut - Assenza ta’ notifika fi żmien xieraq tal-att promotur lill-konvenut kontumaċi - Kunċett ta’ “proċedimenti biex jiddisputa s-sentenza” - Talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Artikolu 19(4) - Notifika tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji - Terminu li fih it-talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza hija ammissibbli))
(2016/C 335/15)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Emmanuel Lebek
Konvenuta: Janusz Domino
Dispożittiv
1)
Il-kunċett ta’ “proċedimenti biex jiddisputa s-sentenza”, li jinsab fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi wkoll it-talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza, meta t-terminu sabiex jiġi ppreżentat appell ordinarju jkun skada.
2)
L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, kif irrettifikat, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jeskludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar is-sistema ta’ talbiet intiżi għall-eżenzjoni mid-dekadenza, meta t-terminu ta’ ammissibbiltà għall-preżentazzjoni ta’ tali talbiet, kif speċifikat fil-komunikazzjoni ta’ Stat Membru li għaliha tirreferi l-imsemmija dispożizzjoni, ikun skada.
(1) ĠU C 171, 26.05.2015
Full & Egal Universal Law Academy