26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – Robert Fuchs AG vs Hauptzollamt Lörrach
(Kawża C-80/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni Doganali - Tariffa Doganali Komuni - Sistema ta’ importazzjoni temporanja għall-eżenzjoni mid-dazji - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Kundizzjonijiet stabbiliti għall-eżenzjoni totali tad-dazji fuq l-importazzjoni - Mezzi ta’ trasport assenjati lin-navigazzjoni bl-ajru, irreġistrati barra t-territorju doganali tal-Unjoni u użati minn persuna stabbilita barra minn dan it-territorju - Artikolu 555(1)(a) - Użu kummerċjali - Kunċett - Użu ta’ ħelikopters minn skola tal-avjazzjoni għal titjiriet ta’ taħriġ bi ħlas fejn ikun hemm bdot student u għalliem tat-titjir - Esklużjoni))
(2016/C 350/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Robert Fuchs AG
Konvenuta: Hauptzollamt Lörrach
Dispożittiv
L-Artikolu 555(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2286/2003, tat-18 ta’ Diċembru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-titjiriet li twettqu b’rimunerazzjoni għat-taħriġ ta’ bdot ta’ ħelikopter, u fil-ħelikopter ikun hemm bdot student u għalliem tat-titjir, ma għandhomx jitqiesu bħala li jikkostitwixxu użu kummerċjali ta’ mezz ta’ trasport, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 155, tal-11.05.2015.
Full & Egal Universal Law Academy