8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias – il-Greċja) – Kapnoviomichania Karelia AE vs Ypourgos Oikonomikon
(Kawża C-81/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Arranġament ġenerali għad-dazju tas-sisa - Direttiva 92/12/KEE - Tabakk immanifatturat li jiċċirkola taħt skema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa - Responsabbiltà tal-magazzinier awtorizzat - Possibbiltà għall-Istati Membri li jrendu l-magazzinier awtorizzat responsabbli in solidum għall-ħlas tas-somom li jikkorrispondu għas-sanzjonijiet pekunjarji imposti fuq persuni li jwettqu kuntrabandu - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali))
(2016/C 287/12)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kapnoviomichania Karelia AE
Konvenuta: Ypourgos Oikonomikon
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, moqrija fid-dawl tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali – bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li jiġu ddikjarati responsabbli in solidum għall-ħlas tas-somom li jikkorrispondu mas-sanzjonijiet pekunjarji imposti fil-każ ta’ ksur imwettaq matul iċ-ċirkulazzjoni tal-prodotti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, b’mod partikolari, il-proprjetarji ta’ dawn il-prodotti meta dawn il-proprjetarji jkunu marbuta mal-persuni li jwettqu l-ksur b’rapport kuntrattwali li jistabbilixxihom bħala l-mandatarji tagħhom – li tipprovdi li l-magazzinier awtorizzat huwa ddikjarat responsabbli in solidum, mingħajr il-possibbiltà li jevita din ir-responsabbiltà billi jipproduċi prova li huwa ma kienx involut fl-atti tal-persuni li wettqu l-ksur, għall-ħlas tal-imsemmija somom, anki jekk, skont id-dritt nazzjonali, dan il-magazzinier la kien il-proprjetarju tal-imsemmija prodotti meta twettaq il-ksur u lanqas kien marbut mal-persuni li wettqu dan tal-aħħar b’rapport kuntrattwali li jistabbilixxihom bħala l-mandatarji tiegħu.
(1) ĠU C 138, 27.04.2015
Full & Egal Universal Law Academy