2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Sonos Europe BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-84/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 8517, 8518, 8519, 8527 u 8543 - Tagħmir awtonomu maħsub sabiex jiġbor, jirċievi u jirriproduċi streaming ta’ fajls awdjo-diġitali fil-forma ta’ ħoss amplifikat))
(2016/C 156/19)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sonos Europe BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, fil-verżjoni tagħha kif tirriżulta suċċessivament mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, u Nru 948/2009, tat-30 ta’ Settembru 2009, għandha tiġi interpretata fis-sens li tagħmir awtonomu maħsub sabiex jiġbor, jirċievi u jirriproduċi streaming ta’ fajls awdjo diġitali fil-forma ta’ ħoss amplifikat, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu, bla ħsara għall-evalwazzjoni mill-qorti tar-rinviju tal-punti ta’ fatt kollha li hija għandha, jiġi kklassifikat fl-intestatura 8519 ta’ din in-nomenklatura.
(1) ĠU C 146, 4.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy