20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Ferriera Valsabbia SpA (C-86/15 P), Valsabbia Investimenti SpA (C-86/15 P), Alfa Acciai SpA, (C-87/15 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawżi Magħquda C-86/15 P u C-87/15 P) (1)
(Appell - Akkordji - Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit - Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ - Ksur tal-Artikolu 65 KEFA - Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida - Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali - Terminu inkors fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali)
(2017/C 392/03)
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Ferriera Valsabbia SpA (C-86/15 P), Valsabbia Investimenti SpA (C-86/15 P), Alfa Acciai SpA, (C-87/15 P) (rappreżentanti: D.M. Fosselard, avukat, D. Slater, Solicitor, A. Duron, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L Malferrari u P. Rossi, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)
Dispożittiv
1)
Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2014, Ferriera Valsabbia uValsabbia Investimenti vs Il-Kummissjoni (T-92/10, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1032), kif ukoll tad-9 ta’ Diċembru 2014, Alfa Acciai vs Il-Kummissjoni (T-85/10, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1037), huma annullati.
2)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar ksur tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit – adozzjoni mill-ġdid), fil-verżjoni tagħha emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, hija annullata f’dak li jirrigwarda Ferriera Valsabbia SpA, Valsabbia Investimenti SpA u Alfa Acciai SpA.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ Ferriera Valsabbia SpA, de Valsabbia Investimenti SpA kif ukoll ta’ Alfa Acciai SpA, inkorsi kemm għall-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll għal dawn l-appelli.
(1) ĠU C 146, 4.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy