20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Ferriere Nord SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-88/15 P) (1)
(Appell - Akkordji - Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit - Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ - Ksur tal-Artikolu 65 KEFA - Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida - Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali)
(2017/C 392/04)
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti:Ferriere Nord SpA (rappreżentanti: W. Viscardini u G. Donà, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L Malferrari u P. Rossi, aġenti, assistiti minn M. Moretto, avukati)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2014, Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni (T-90/10, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1035), hija annullata.
2)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), fil-verżjoni emendata tagħha bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, hija annullata f’dak li jirrigwarda Ferriere Nord SpA.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż ta’ Ferriere Nord SpA, inkorsi kemm għall-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll għal dan l-appell.
(1) ĠU C 146, 04.05.2015.
Full & Egal Universal Law Academy