22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Nanterre – Franza) – Saint Louis Sucre, li qabel kienet Saint Louis Sucre SA vs Directeur général des douanes et droits indirects
(Kawża C-96/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Zokkor - Imposti fuq il-produzzjoni - Dritt għal rimbors - Zokkor maħżun mhux esportat - Arrikkiment indebitu - Libertà ta’ intrapriża - Metodu ta’ kalkolu))
(2016/C 305/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance de Nanterre
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Saint Louis Sucre, li qabel kienet Saint Louis Sucre SA
Konvenut: Directeur général des douanes et droits indirects
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 15(2) u (8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001, tad-19 ta’ Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jagħtix lil produttur taz-zokkor id-dritt li jikseb rimbors għall-imposti fuq il-produzzjoni mħallsa fuq kwantitajiet ta’ zokkor taħt il-kwoti A u B li kienu għadhom maħżuna fit-30 ta’ Ġunju 2006, peress li s-sistema ta’ imposti fuq il-produzzjoni ma ġietx imġedda wara din id-data bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor.
2)
Ma ġie rrilevat ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1360/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jiffissa l-imposti fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2001/2002, 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005 u 2005/2006, il-koeffiċjent meħtieġ għall-kalkolu tal-imposta addizzjonali għas-snin tas-suq 2001/2002 u 2004/2005 u l-ammont li għandu jitħallas mill-manifatturi taz-zokkor lill-bejjiegħa tal-pitravi fir-rigward tad-differenza bejn l-imposta massima u l-imposta li għandha titħallas għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004 u 2005/2006.
(1) ĠU C 146, 04.05.2015.
Full & Egal Universal Law Academy