12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – In-Netherlands) – Sprengen/Pakweg Douane BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-97/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 8471 u 8521 - Noti ta’ spjegazzjoni - Ftehim dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika - “Screenplays”))
(2016/C 335/16)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sprengen/Pakweg Douane BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tagħha li suċċessivament jirriżultaw mir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li apparati, bħall-iscreenplays inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandhom il-funzjoni minn naħa, ta’ ħażna ta’ fajls tal-multimedja, u min-naħa l-oħra, ta’ riproduzzjoni tagħhom fuq televiżjoni jew fuq monitor tal-vidjo, jaqgħu taħt l-intestatura 8521 ta’ din in-nomenklatura.
(1) ĠU C 171, 26.05.2015.
Full & Egal Universal Law Academy