13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ April 2016 – Netherlands Maritima Technology Association vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-100/15 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Sistema ta’ deprezzament antiċipat tal-ispejjeż ta’ ċerti assi miksuba permezz ta’ lokazzjoni finanzjarja - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Natura insuffiċjenti u inkompleta tal-investigazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Selettività))
(2016/C 211/23)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Netherlands Maritima Technology Association (rappreżentanti: K. Struckmann, avukat, G. Forwood, Barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u P. Němečková, aġenti], Ir-Renju ta’ Spanja [rappreżentant: M.A. Sampol Pucurull, aġent]
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
In-Netherlands Maritime Technology Association hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
(1) ĠU C 127, 20.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy